Bil-filmat: Ajruplan tal-Japan Airlines jisfaxxa f'ballun nar mal-inżul fl-ajruport Haneda, Tokyo

Huwa maħsub li l-ajruplan tat tip A350 ħabat ma' ajruplan żgħir tal-Gwardja tal-Kosta tal-Ġappun. Il-persuni abbord l-ajruplan tal-Japan Airlines ġew salvati iżda l-ħames persuni li kienu abbord l-ajruplan tal-kosta tal-Ġappun għadhom ma nstabux

Rapporti qed jgħidu li l-ajruplan ħabat ma' ajruplan żgħir (Ritratt: TBS news DIG)
Rapporti qed jgħidu li l-ajruplan ħabat ma' ajruplan żgħir (Ritratt: TBS news DIG)

Titjira tal-Japan Airlines spiċċat f’ballun nar mal-inżul tal-ajruport Haneda f’Tokyo wara li ħabat ma' ajruplan tal-Kosta tal-Ġappun.

Abbord l-ajruplan kien hemm iktar minn 300 passiġġiera, li flimkien mal-ekwipaġġ abbord ġew avakwati mingħajr ebda mewt tiġi rrapurtata.

Qed jiġi rrapurtat li l-ajruplan ħabat ma’ ajruplan ieħor tas-salvataġġ, b’rabta mat-terrimot li seħħ riċentament fil-Ġappun. Il-ħames persuni fuq l-ajruplan iż-żgħir għadhom ma nstabux.

Il-Japan Transportation Safety Board (JTSB) mistennija jħejju investigazzjoni b'rabta ma' dan l-inċident. Minħabba li l-ajruplan huwa tat-tip Airbus, mhux eskluż li l-Bureau of Enquiry and Analysis for Civil Aviation Safety (BEA) tkun parti mill-investigazzjoni.

More in Barranin