David Cameron lura fil-kabinett tar-Renju Unit wara reshuffle

Il-PM tar-Renju Unit Rishi Sunak ibiddel il-kabinett tiegħu u jaħtar lill-eks PM David Cameron bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin

L-eks Prim Ministru tar-Renju Unit David Cameron inħatar Ministru għall-Affarijiet Barranin f’reshuffle tal-kabinett ta’ Rishi Sunak.

Cameron kien il-Prim Ministru Konservattiv bejn l-2010 u l-2016, u rriżenja wara r-referendum tal-Brexit.

Huwa ilu barra mill-gvern minn dakinhar, iżda nhar it-Tnejn, Rishi Sunak għamlu Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Cameron mhux membru parlamentari, iżda se jieħu siġġu fil-House of Lords biex jiffaċilita l-ħatra.

Il-ħatra tiegħu ġrat hekk kif il-Ministru għall-Intern tar-Renju Unit Suella Braverman tkeċċiet wara li kitbet artiklu mhux awtorizzat fil-gazzetta The Times li kkritika għaqdiet favur il-Palestina.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit, James Cleverly, inħatar Ministru għall-Intern minflok, u ħalla post għal David Cameron.

Ir-reshuffle tal-kabinett ta' Sunak ma jieqafx hemm. Il-Ministru tal-Iskejjel Nick Gibb intalab jinżel mill-kariga, kif ukoll l-Ministri tas-Saħħa Will Quince u Neil O'Brien.

Il-Ministru tat-Trasport Jesse Normal qal li ta r-riżenja tiegħu  liċ-Chief Whip diversi xhur ilu hekk kif huwa wkoll telaq mill-kariga ta’ ministru. 

More in Barranin