Il-Papa Franġisku lura fl-isptar biex jiġi operat

Kelliem għall-Vatikan ikkonferma dan, hekk kif qal ukoll li l-ugieħ li kien qed iħoss il-Papa minħabba ftuq grava, tant li kellu bżonn jiġi operat. 

Il-Papa Franġisku se jiġi operat l-Erbgħa waranofsinhar fl-Isptar Gemelli f’Ruma, fejn mistenni jibqa’ fl-isptar għal numru ta’ jiem biex jirkupra mill-operazzjoni.

Kelliem għall-Vatikan ikkonferma dan, hekk kif qal ukoll li l-ugieħ li kien qed iħoss il-Papa minħabba ftuq grava, tant li kellu bżonn jiġi operat. 

Is-suċċessur ta’ San Pietru kellu numru ta’ interventi mediċi fl-aħħar snin, tant li jkollu jagħmel użu minn bastun u siġġu tar-roti biex imur minn post għall-ieħor.

Minkejja dan, huwa xorta waħda mistenni jimxi ‘l quddiem biż-żjara fil-Portugal u oħra fil-Mongolja f’Awwissu.

Bosta kienu dawk li spekulaw fuq il-futur tal-Papa Franġisku minħabba s-saħħa tiegħu, kif ukoll minħabba l-fatt li huwa għandu 86 sena. 

Fost dawk li huma msemmija li jieħdu f’idejhom it-tmun tal-Knisja Kattolika, wara l-Konklavi li jsir hekk kif imut jew jirtira l-Papa preżenti, hemm il-Kardinal Għawdxi Mario Grech.

More in Barranin