Ir-Russja mill-ġdid tattakka bil-missili l-kapitali Ukrena u diversi bliet oħra

Żoni fil-kapitali u fl-ibliet milquta jinsabu bla dawl u ilma hekk kif l-attakki kellhom fil-mira tagħhom infrastruttura kruċjali

Eluf ta' persuni huma kostretti jistkennu mill-attakki fix-xelters
Eluf ta' persuni huma kostretti jistkennu mill-attakki fix-xelters

Ir-Russja, mill-ġdid, wettqet diversi attakki bil-missili fuq bliet Ukreni, inkluż il-Kapitali Kjiv.

L-attakki waslu għal qtugħ fil-provvista tal-elettriku u anke tal-ilma f’diversi bnadi.

Minn tal-inqas żewġ attakki kienu rrapportati fil-kapitali, b’distretti residenzjali sħaħ jinsabu bla dawl.

Fil-belt ta’ Kharkiv, l-attakki kellhom fil-mira tagħhom faċilitajiet infrastrutturali importanti.

F’Dnipro, l-attakk seħħ fuq impjant tal-elettriku.

L-attakki seħħew ftit sigħat wara li r-Russja weħħlet fl-Ukrajna għal attakk bi drones fil-Krimea.

Sa issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm vittmi. 

Sadanittant, ir-residenti fl-ibliet u r-reġjuni milquta qed ikunu mħeġġa jibqgħu fix-xelters hekk kif hemm ċans ta’ aktar attakki.

Il-kelliem għall-armata Ukrena, Yuriy Ihnat, qal li r-Russja użat bombi strateġiċi biex twettaq dawn l-attakki u qal li l-Ukreni rnexxielhom iwaqqfu numru ta’ missili milli jilħqu l-miri tagħhom.

More in Barranin