LIVE | Eluf iqattgħu l-lejl fil-kju jistennew biex isellmu għall-aħħar darba lir-Reġina

Mill-bieraħ sa nhar it-Tnejn filgħodu, il-membri tal-pubbliku se jkunu jistgħu jżuru u jagħtu l-aħħar tislima lir-Reġina Eliżabetta f'Westminister Hall

Eluf ta’ persuni qattgħu lejl fil-kju fiċ-ċentru ta’ Londra biex jidħlu jsellmu għall-aħħar darba lir-Reġina Eliżabetta II.

It-tebut tar-Reġina jinsab bħalissa f’Westminister Hall wara purċissjoni solenni li saret ilbieraħ mill-Palazz Buckingham. Wara t-Tebut imxew ir-Re Karlu III u ħutu u anke l-Prinċpijiet William u Harry.

Mill-bieraħ sa nhar it-Tnejn filgħodu, il-membri tal-pubbliku se jkunu jistgħu jżuru u jagħtu l-aħħar tislima lir-Reġina Eliżabetta. Din is-sala storika u importanti se tibqa' miftuħa l-ħin kollu, inkluż matul il-lejl.

Il-kju huwa twil madwar żewġ mili u mijiet ta’ eluf ta’ persuni huma mistennija li jżuru Westminister Hall biex jagħtu l-aħħar tislima lir-Reġina.

Rapporti qed jisħqu li hemm min se jkollu jistenna sigħat sħaħ biex jirnexxielu jidħol isellem lir-Reġina. 

Qed ikun stmat li f’xi ħinijiet, il-kju jista’ jkun twil ħames mili b’uħud jagħmlu xejn inqas minn 30 siegħa jistennew.

Intant, nhar it-Tnejn li ġej, Malta se tkun qed tosserva ġurnata ta’ luttu nazzjonali.

More in Barranin