Zelenskyy jweħħel fin-NATO filwaqt li r-Russja twaqqaf l-attakk temporanjament

Fl-istess waqt numru ta' kmamar tal-aħbarijiet saħqu li se jwaqqfu l-ħidma tagħhom minn ġewwa r-Russja billi jiċċitaw liġi ġdida ta' piena l-ħabs jekk "ixerrdu aħbarijiet foloz intenzjonalment'

Il-militar Russu ddikjara waqfien mill-ġlied f’żewġ żoni tal-Ukrajna biex in-nies ikunu jistgħu jevakwaw minn darhom.

Ma kien hemm l-ebda konferma immedjata mill-Ukrajna iżda ġurnali barranin qed jirraportaw kif uffiċjal għoli f'wieħed mill-irħula Ukreni qal li l-waqfien mill-ġlied għandu jdum sas-2:00.p.m.

Iż-żewġt ibliet inkwistjoni huma l-port strateġiku ta' Mariupol fix-Xlokk u l-belt tal-Lvant ta' Volnovakha. "Il-waqfien mill-ġlied għandu jidħol fis-seħħ mill-10 a.m. ħin ta' Moska," qalet min-naħa tagħha r-Russja.

Intant il-President tal-Ukren Volodymyr Zelenskyy attakka lin-NATO talli rrifjutat li timponi żona bla titjir fuq pajjiżu, u wissa li “in-nies kollha li jmutu minn din il-ġurnata ’l quddiem se jmutu wkoll minħabba fik.”

Fl-istess waqt numru ta' kmamar tal-aħbarijiet saħqu li se jwaqqfu l-ħidma tagħhom minn ġewwa r-Russja billi jiċċitaw liġi ġdida li tista’ tfisser ħabs għal dawk li nstabu li "qed ixerrdu aħbarijiet foloz intenzjonalment

More in Barranin