Sqallin iqattgħu l-lejl barra fil-karozzi wara t-terremot tal-bieraħ

Minkejja konsenturi f'xi bini sa issa ma jidhirx li t-terremot tal-bieraħ ikkawża xi ħsarat kbar u ħadd ma weġġa'

Bosta Sqallin kellhom iqattgħu l-lejl barra, fil-pjazez, fil-parkeġġi u fil-karozzi sakemm seta’ jkun żgurat li d-djar u l-appartamenti fejn joqogħdu ma ġarrbu l-ebda ħsara wara t-terremot qawwi li laqgħet lil Sqallija u li nħass ukoll minn diversi bnadi f’Malta.

It-terremot, li kejjel 4.4 fuq l-iskala Richter, seħħ viċin Ragusa iżda nħass ukoll fil-provinċji ta’ Sirakuża, Katanja u Palermo.

Minkejja li kien hemm diversi residenti li nnutaw xquq u konsenturi fil-bini sa issa ma jidhirx li kien hemm ħsara kbira jew inkella ġie kkawżat xi periklu.

Xi spezzjonijiet jidher li għadhom għaddejja anke dalgħodu.

It-terremot seħħ għall-ħabta tad-9:30pm.

Anke jekk bħalissa l-Etna reġgħet qed tiżbroffa, ma jidhirx li kien hemm rabta bejn it-terremot u l-attività fuq il-vulkan.

More in Barranin