Sean Connery l-attur ta' James Bond imut fl-età ta' 90 sena

Connery kien l-ewwel attur li għamilha ta' James Bond u deher f'seba episodji

Sean Connery, l-attur l-aktar magħruf għall-parti tiegħu bħala James Bond, miet fl-età ta' 90 sena

Connery kien l-ewwel attur li għamilha ta' James Bond u deher f'seba episodji. 

Il-familja tiegħu spjegat kif Connery miet fil-paċi waqt l-irqad fil-Bahamas u dan hekk kif dan l-aħħar saħħtu marret lura.

Fl-1988 huwa kien rebaħ Oscar għall-parti tiegħu ta' Pulizija Irlandiż f'The Untouchables.

Huwa kellu wkoll rwoli prinċipali fil-films The Hunt for Red October, Indiana Jones u the Last Crusade and The Rock.

More in Barranin