Trump u martu Melania pożittivi għall-Covid-19

Il-President irriżulta pożittiv wara li waħda mill-aktar persuni viċin tiegħu wkoll irriżultat pożittiva fil-jiem li għaddew

Il-President Amerikan Donald Trump u martu Melania Trump irriżultaw pożittiv għall-Covid-19 u bħalissa jinsabu fi kwarantina.

Trump, li għandu 74 sena, kiteb fuq Twitter u insista: "Se nirbħu lil dan il-perjodu flimkien."

Il-President irriżulta pożittiv wara li waħda mill-aktar persuni viċin tiegħu wkoll irriżultat pożittiva fil-jiem li għaddew.

Hope Hicks, li għandha 31 sena, kienet mal-President Amerikan abbord l-Air Force One ftit tal-jiem ilu meta l-President mar Ohio għall-ewwel dibattitu ma' Joe Biden, ir-rivali tiegħu għall-elezzjoni Presidenzjali.

Fil-fatt bħalissa għaddejja l-kampanja elettorali. Biden għażel li ma jorganizzax attivitajiet tal-massa għall-kuntrarju ta' Trump li organizza diversi attivitajiet li għalihom qed jattendu mijiet, mingħajr id-distanza soċjali u mingħajr maskra.

Trump innifsu raru deher liebes maskra u anke kemm-il darba ġie kkritikat li mhux jirrispetta d-distanza soċjali waqt l-okkażjonijiet uffiċjali. 

More in Barranin