Trump isir it-tielet President Amerikan li jista' jitkeċċa mill-White House

L-aħħar deċiżjoni hija tas-Senat fejn Donald Trump għandu appoġġ qawwi

Donald Trump sar it-tielet President fl-istorja tal-Istati Uniti li ġie impeached mill-Kamra tar-Rappreżenanti biex issa huwa f’idejn is-Senat biex jiddeċiedi jekk għandux jibqa’ President jew le.

Il-Kamra tar-Rappreżentanti vvotat fuq żewġ akkużi, jiġifieri li l-President abbuża mill-poteri tiegħu u li ma ħallix il-Kungress jagħmel xogħlu.

Kważi d-Demokratiċi kollha vvotaw favur l-akkużi, bir-Repubblikani jivvotaw kollha kontra.

Trump għandu appoġġ qawwi fis-Senat għax ir-Repubblikani għandhom il-kontroll u għalhekk ftit li xejn hemm ċans li dan jiddeċiedi li Trump għandu jitneħħa mill-poter.

Fil-ħin ta-vot, Trump kien qed jindirizza rally fil-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet presidenzjali tas-sena d-dieħla f’Michigan.

Huwa qal lil dawk preżenti li l-vot kontrih huwa frott l-għira u l-mibiegħda.

 

More in Barranin