Il-Partit Liberali Kanadiż rebaħ l-elezzjoni ġenerali anke jekk bi żbrixx hekk kif tilef ħafna mill-popolarità tiegħu.
Dan ifisser li l-Prim Ministru Justin Trudeau se jkun qiegħed imexxi Gvern ta’ minoranza.
Il-Liberali jidher li se jkunu rebħu 156 siġġu, 14-il siġġu inqas minn kemm hemm bżonn biex ikollu maġġoranza.
Dan ifisser, li għat-tieni terminu tiegħu, Trudeau se jsibha ħafna aktar diffiċli biex jgħaddi l-liġijiet li hu wiegħed.
Jidher li l-Oppożizzjoni Konservattiva se tkun rebħet il-vot popolari iżda dan mhux se jkun rifless fis-siġġijiet.
Huma mistennija jirbħu 122 siġġu, mill-95 li kellhom qabel.