Salvini se jniżżel in-nies fit-toroq biex jipprotestaw kontra 's-serq tad-demokrazija'

Dan wara li aktar kmieni llum, Giuseppe Conte ngħata l-inkarigu biex jerġa' jifforma Gvern, din id-darba bejn il-MCst u l-PD

L-eks Deputat Prim Ministru Taljan u l-Mexxej tal-Lega, se jkun qed iniżżel lin-nies fit-toroq ta’ Ruma biex jipprotestaw kontra l-Gvern ġdid Taljan.

Salvini ħabbar dan fuq Facebook ftit wara li l-President Sergio Mattarella, talab lil Giuseppe Conte biex mill-ġdid jifforma Gvern, din id-darba bejn il-Movimento Cinque Stelle u l-Partit Demokratiku.

Fi kliem Salvini, dawk tal-PD dejjem fittxew biss is-siġġu tal-poter, iżda insista li għal-Lega, l-Italja u l-interess nazzjonali huma aktar importanti.

Il-protesta organizzata minn Salvini se ssir nhar is-Sibt 19 ta’ Ottubru u qed isejħilha bħala l-ġurnata tal-orgolju Taljan.

Saħaq li kienu eluf li talbuh biex jorganizza protesta fejn kulħadd ikun jista’ jsemma’ leħnu kontra “s-serq tad-demokrazija.”

Apparti minn hekk, Salvini mistenni jdur diversi reġjuni Taljani, bl-attivitajiet li jiċċelebraw il-Lega se jibdew matul din il-ġimgħa.

Aqra aktar:

More in Barranin