![Il-laqgħa bejn Adrian u ċ-Ċaqnu tmur tajba għajr għall-pastizz tal-piżelli](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/poodle_pix_sav.jpg)
Il-poodle jkompli jgħarrex
Sar jaf fuq Marlene Farrugia, Toni Abela, Da Pippo u Lino Farrugia
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/5277_poodle__marlene_farrugia.jpg)
Kemm hi ħelwa Marlene
Mela meta kullħadd kien qed jivvota fir-referendum Marlene Farrugia kienet l-Indja. Mar-raġel ovjament.
Ir-raġel by the way huwa Godfrey. Hemm hekk fl-Indja il-koppja Farrugia li by the way huma ħafjin kienu qed jieklu l-Ghandi tandoori.
Viva l-lejber għand da Pippo
Mela qabel kien ikun hemm il-ġabra tal-lejburisti l-Mamma Mia kull nhar ta’ ġimgħa, issa kollox dar għal da pippo ġewwa l-Belt, li qabel kien ir-ristorant għall-avukati Nazzjonalisti. Eħħ, issa kull nhar ta’ ġimgħa jintefgħu il-bravi lejburisti tal-ministri. U jekk jogħġbok għoddkom ma tafux kemm ikun hemm ċajt ħelu u ftit pastaż, insomma kif igħid il-Giggs, ‘Girls want to have fun, but even Boys!”
Kemm hu orrajt Lino
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/3535_crop-1.jpg)
Lino bħal ma tafu huwa ċajtier kbir, għandu daħka kbira fuq wiċċu kull fejn tarah. Bniedem ferħan, pożittiv, iħobb lil kullħadd inkluż tal-birdlife. Dan l-aħħar ingħata rigal minn pittur tant hu famuż li insejt x’ismu fih hemm tpinġija qishu ritratt tal-fundatur tal-kaċċaturi moderni Maltin. Iġifieri kaċċaturi li ma għandhomx senter imma iħobbu ‘the feel’ tas-senter. U ifhmuni. Insomma ovjament qed nirreferi għal Kathleen. Ole!
Toni u l-awwista!
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/poodle___toni_abela.jpg)
Toni Abela huwa raġel tat-triq. Iħobb iħoss u fl-istess ħin iħobb jifhem in-nies. Fix-xogħol tiegħu huwa baqa viċin in-nies u l-annimali. Fost l-iktar annimal li baqa viċin tiegħu insibu l-awwista. Annimal li Toni japprezza ħafna għax ifakkru f’mumenti partikolari mill-ħajja tiegħu meta kien taħt l-ilma jistenna biex jiekol xi loqom u jitlob li jagħti kasu xi ħadd!