Xerrdu l-kelma! Il-pulizija bi twissija rigward emails qarrieqa

Injora messaġġi elettroniċi ta’ taħrikiet foloz dwar pornografija, pedofelija u ħtif ta’ minuri

Il-pulizija qed tappella lill-pubbliku sabiex jinjora emails li qiegħdin jintbagħtu, taparsi mill-pulizija stess, hekk kif irċievew diversi rapporti.

F’dawn il-messaġġi, miktubin bil-Malti, l-individwu jkun avżat li għaddejja investigazzjoni fuqu wara li ġie rrapportat.

Huwa qed jiġi mitlub sabiex jikkuntatja il-‘Brigata għall-Ħelsien tal-Minuri fi ħdan l-Interpol’, li ma teżistix.

Annessa mal-messaġġ ikun hemm ritratt ta’ ‘Taħrika’, bit-titlu bil-Malti u l-bqijja tal-kontenut bl-Ingliż, fejn l-individwu jkun avżat li qed jiġi investigat fuq pornografija, pedofelija u ħtif ta’ minuri.

Għal darb’oħra, jekk tirċievi dan it-tip ta’ messaġġ, injorah.

More in Qrati u Pulizija