Tliet irġiel arrestati fuq allegat traffikar tad-droga

It-tlett irġiel arrestati huma ta' 41 sena residenti Birkirkara, ta' 48 sena residenti l-Imsida u ta' 49 sena residenti Birkirkara

L-Erbgħa waranofsinhar, għall-ħabta tas-2pm, il-Pulizija waslitilha informazzjoni li kien hemm grupp ta’ persuni fl-inħawi tas-Swatar li x’aktarx kienu qed jitraffikaw d-droga.

Minnufih numru ta' uffiċjali marru fuq il-post fejn innutaw żewġt irġiel, li qablu maddeskrizzjoni, li kienu fuq barra ta' vettura Ford Focus, b’raġel ieħor bilqiegħda fuq in-naħa tax-xufier fl-istess vettura.

Malli raw lill-Pulizija, dawn it-tliet persuni bdew iġibu ruħhom b’mod suspettuż b’wieħed minn dawk li kienu barra deher jitlaq jimxi u jipprova jirkeb f’vettura oħra li kienet qrib.

Permezz tal-vettura tas-servizz, il-Pulizija ċċirkondaw il-vettura biex ir-raġel li kien fiha ma jaħrabx u ġie arrestat, filwaqt li żewġ uffiċjali oħra waqqfu u arrestaw liż-żewġt irġiel l-oħra.

It-tlett irġiel arrestati huma ta' 41 sena residenti Birkirkara, ta' 48 sena residenti l-Imsida u ta' 49 sena residenti Birkirkara.

Waqt li kienu arrestati, wieħed minnhom immedjatament beda jsir aġitat meta kien infurmat li se ssir tfittxija fuqu u beda jirreżisti.

Waqt din it-tfittxija instabu numru ta' qratas ta’ droga allegatament eroina.

Fl-istess waqt, il-Pulizija innutaw ukoll lill-persuna li kienet fil-vettura jarmi xi boroż, li allegatement kien fihom sustanza suspettuża mit-tieqa tal-vettura.

B'kollox instabu madwar 30 qartas allegatament eroina. Bil-każ kien infurmat l-Maġistrat Anthony Agius Bonnici li ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija