Il-familja tal-Baruni Francis Sant Cassia jiftħu protest ġudizzjarju wara 35 sena bla ġustizzja

Il-każ tal-omiċidju tal-Baruni Sant Cassia seħħ lura fl-1988, iżda minkejja li għaddew 35 sena, ħadd baqa' ma ħa responsabbilità għall-qtil

Bint il-Baruni Francis Sant Cassia, Chirara Sant Cassia fetħet protest ġudizzjarju kontra l-Avukat tal-Istat, wara li l-ġuri marbut mal-qtil ta’ missierha li nqatel 35 sena ilu, baqa’ qatt ma beda. 

Dan wara li fl-erbgħa ta’ Lulju li għaddam il-Qorti kkonkludiet li l-persuna akkużata bil-qtil ta’ Cassia, Carmelo Camilleri, m’għadux fi stat li jista’ jwieġeb għall-akkużi tiegħu, minħabba “l-istat ta’ saħħa prekarja li jinsab fiha.”

Apparti dan, il-protest ġudizzjarju qed jinfetaħ ukoll fid-dawl li minħabba li stqarrija li kien għamel mal-Pulizija, fejn kien ammetta’ għall-qtil, ma’ jistgħux jintużaw mill-Qorti minħabba li dawn kienu saru mingħajr il-preżenza tal-avukat tiegħu.

Fil-ftuħ tal-protest ġudizzjarju, ġie nnutat li huwa ovvju li mhux se ssir ġustizzja ma’ Sant Cassia u l-familja tiegħu minħabba tkaxkir tas-saqajn u nuqqasijiet oħra fl-investigazzjoni fost oħrajn. Apparti dan, ġie nnutat ukoll li l-mandat tal-qtil qatt ma ġie identifikat, kif ukoll li l-familja tal-vittma ma nżammux aġġornati bil-proċess tal-investigazzjonijiet. 

Il-Baruni Francis Sant Cassia kien inqatel lura fl-1988 hekk kif tilef ħajtu wara sparatura, u nnstab mejjet barra mir-residenza tiegħu minn żewġ żgħażagħ, iżda ċ-ċirkostanzi marbuta mal-qtil tiegħu għadhom misteru.

More in Qrati u Pulizija