Il-ġurija ma temminx lil Michael Emmanuel dwar is-sanità tiegħu

Il-ġurija ma taċċettax it-talba tal-akkużat dwar l-istat mentali tiegħu ... issa jibda l-ġuri

Michael Emmanuel dieħel il-Qorti
Michael Emmanuel dieħel il-Qorti

Il-ġurija li kienet qed tisma' l-każ ta' Michael Emmanuel m'emmnitx it-talba tiegħu biex jinħeles fuq bażi ta' insanità. Il-ġurija iddeċidiet dan bi tmien voti, kontra wieħed. 

Issa tista' tkun deċiża d-data ta' meta se jibda jinstema l-każ ta' dan ir-raġel li qed ikun akkużat bil-qtil tal-għarusa tiegħu, Maria Lourdes Agius. Din il-mara kienet instabet fgata fl-appartament tagħha f'Raħal Ġdid f'Settembru 2018. 

Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera qalet li mhux kull tip ta' mard mentali iwassal għal stat ta' insanità, kif definita bil-liġi. Hija qalet illi d-difiża trid tipprova li meta l-akkużat wettaq l-att ma kienx kapaċi jikkontrolla r-riżultati tal-azzjoni tiegħu. 

Innotat kif l-akkużat irrifjuta l-għajnuna legali u kien falla milli jidher il-qorti l-ewwel darba għax kien qed jinżamm fi sptar ta' saħħa mentali. 

More in Qrati u Pulizija