Jieħu t-tifla tal-eks sieħba tara logħba u jkollu x'jaqsam magħha f'karozza

Fil-Qorti nstema' kif it-tifla ta' 13-il sena tfittex lir-raġel biex ikollha x'taqsam miegħu u tibgħatlu ritratti tagħha għarwiena

Raġel ta’ 34 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li stupra lit-tifla tal-eks sieħba tiegħu li għandha 13-il sena.

L-Ispettur Eman Hayman u Roxanne Tabone, akkużaw lir-raġel li uża l-pożizzjoni tiegħu biex biddel it-tifla f’oġġett tas-sess, tant li spjegaw kif l-akkużat stupra lit-tifla diversi drabi fi żmien sentejn, jiġifieri minn meta kellha 11-il sena.

Il-prosekuzzjoni spjegat kif ir-raġel baqa’ jiltaqa’ mat-tifla anke wara li hu u s-sieħba tiegħu ma kinux għadhom flimkien. Spjegat kif ftit tal-jiem ilu ħadha miegħu tara logħba futbol u kellu x'jaqsam magħha fil-karozza.

Madanakollu, l-Ispettur Hayman qalet li t-tifla għadha qed tfittex lir-raġel biex ikollhom x’jaqsmu flimkien.

Min-naħa tagħha, l-Avukat tad-Difiża, Rachel Tua, saħqet li llum it-tfal ta’ 13-il sena ma għadhomx li kienu, huma aktar attivi sesswalment u konxji ta’ dak li qed jagħmlu.

Kompliet tgħid li t-tifla kienet tibgħat ritratti tagħha għarwiena lill-akkużat.

Ir-raġel qed ikun akkużat li stupra lit-tfajla ripetutament bl-aktar mod brutali, li kkorompa minuri, li pparteċipa f’atti sesswali ma’ tifla taħt l-età u li għamel użu ħażin minn mezzi tal-kommunikazzjoni elletroniċi.

Minkejja li saret talba għall-ħelsien mill-arrest, il-Qorti ordnat li r-raġel jinżamm arrestat minħabba li għad fadal ħafna xhieda, inkluż it-tifla stess.

 

More in Qrati u Pulizija