Iweġġa' lill-eks sieħba meta sabha tieħu d-droga quddiem binhom

Ir-raġel inżamm arrestat għax mar għand l-eks sieħba meta kellu ordni mill-Qorti biex ma jersaqx lejha

Raġel ta’ 31 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li weġġa’ lill-eks sieħba tiegħu meta mar fir-residenza tagħha u sabha qed tieħu d-droga quddiem it-tifel tagħhom.

Ir-raġel, li mhux l-ewwel darba kien akkużat bi vjolenza domestika, kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u li kiser il-kundizzjonijiet ta’ ordni ta’ protezzjoni li l-Qorti kienet ħarġet għall-eks sieħba tiegħu.

Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat, mar għand l-eks sieħba tiegħu, anke jekk kien ordnat biex ma jersaqx lejha u sabha tieħu d-droga quddiem it-tifel.

Kien hawn li l-akkużat, li hu wkoll ibati mill-vizzju tad-droga, intervjena biex it-tifel ma jarahiex tabbuża mis-sustanza.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest anke għax hemm aktar xhieda, fosthom il-vittma, li għad iridu jixhdu.

Minkejja li d-Difiża oġġezzjonat għal din it-talba, il-Qorti ordnat li l-akkużat jinżamm arrestat u ordnat ukoll li l-vittma għanda tixhed fis-smigħ li jmiss.

More in Qrati u Pulizija