Pulizija liebes ta' pustier iwassal kaxxa bid-droga fil-Madliena

Il-Pulizija kien qed jaħdem undercover u dan wassal għall-arrest ta' żagħżugħa akkużata b'importazzjoni tad-droga

Uffiċjali tad-Dwana sabu madwar nofs kilogramma kannabis moħbija ġo kaxxa li waslet Malta mill-Amerka u li fuqha kien hemm miktub ‘kotba u popcorn.’

“Ħadd ma jordna l-popcorn mill-Amerka,” qal wieħed mill-uffiċjali tad-Dwana u kien għalhekk li nfetħet il-kaxxa u fiha nstabet id-droga.

Kien dan li wassal għall-arrest ta’ żagħżugħa ta’ 29 sena mis-Swieqi wara li Pulizija liebes ta' pustier mar iwassal il-kaxxa fl-indirizz li kellha fuqha.

Kienet l-akkużata li fetħet il-bieb u li skont l-Ispettur baqgħet iċċassata meta stasqieha għal Calleja, iżda aktar tard iffirmat għall-kaxxa.

Aktar tard, l-istess pulizija, din id-darba mhux undercover, mar iħabbat u fittex fir-residenza. Il-kaxxa miftuħa kienet fuq is-sodda tal-mara.

Il-mara ċaħdet li kienet hi li ordnat il-kaxxa u fetħitha biss għal kurżità.

L-Ispettur Joseph Xerri spjega li fil-kaxxa nstabu tliet kotba u pakkett bil-kannabis u kienet indrizzata lil ċertu Richard Calleja.

Id-droga kienet 28% pura u tiswa madwar €5,000 u €14,000

L-akkużata ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €6,000 u depożitu ta’ €2.000.

Trid tiffirma wkoll fl-Għassa darbtejn fil-ġimgħa u ssegwi curfew.

More in Qrati u Pulizija