Jikxef il-parti tiegħu quddiem żewġt ibniet; Kellu wkoll pornografija tat-trabi

Il-każ seħħ nhar is-Sibt li għadda f'supermarket f'Ħal Qormi bir-raġel jisħaq li kien porn-star

Raġel ta' 57 sena, li qal lill-Pulizija li kien porn-star, inżamm arrestat wara li tressaq akkużat li kixef il-parti privata tiegħu quddiem żewġt ibniet taħt l-età f'supermarket f'Ħal Qormi.

Ir-raġel, Serb residenti Ħal Qormi, tressaq akkużat li ffastidixxa tfal taħt l-età u anke li kien fil-pussess ta' pornografija tat-tfal, fosthom anke trabi.

Allegatament, l-akkużat beda jsegwi lit-tfal u kull darba li bdew iħarsu beda jikxef il-parti tiegħu sakemm indunaw il-ġenituri u infurmar lill-impjegati li immedjatament infurmaw lill-Pulizija. Dawn waslu fuq il-post meta r-raġel kien għadu hemm.

L-akkużat ilu Malta tliet snin u din mhux l-ewwel darba li ammetta każijiet oħra.

Ir-raġel qal li fis-Serbja huwa kien jaħdem bħala porn-star u l-Pulizija sabet ukoll filmati li juru dan.

Minkejja li saret talba għall-ħelsien mill-arrest, din ġiet irrifjutata anke għax fid-dar tar-raġel instab biljett tal-ajru għall-Kroazja.

Il-każ se jkompli f'Settembru.

More in Qrati u Pulizija