Qorti | Jgħanqu u jibku fuq missierhom waqt li jinħareġ mill-Qorti taħt arrest

Ir-raġel inżamm arrestat wara li kontrih ħares Mandat ta' Arrest Ewropew

Xeni ta’ qsim il-qalb dalgħodu fil-Qorti meta raġel inżamm arrestat wara li kontrih ħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew.

Martu u uliedu ma ridux jitilquh u ntefgħu jgħanquh waqt li l-Pulizija eskortatu ‘l barra mill-awla.

Ir-raġel, li għandu 33 sena, qed ikun akkużat mill-awtoritajiet Ungeriżi fuq 23 każ ta’ frodi.

L-akkużat, li jgħix ir-Rabat Għawdex, ikkonferma li hu kien dak li jissemma fil-Mandat ta’ Arrest u informal lill-Qorti li se jkun qed jikkontesta t-talba għal-estradizzjoni.

L-Avukat tiegħu, Fransina Abela, tablet għall-ħelsien mill-arrest iżda l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba ‘biża’ kbir’ li dan jista’ jaħrab jew jinħeba.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

More in Qrati u Pulizija