Jinżamm arrestat wara li tefa' l-aċtu fuq is-sieħba tiegħu

L-istess raġel jinsab akkużat ukoll, f'każ separat, li kien ta' 12-il daqqa ta' sikkina lill-istess vittma

Raġel inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li f’Marzu li għadda tefa’ l-aċtu fuq is-sieħba tiegħu.

Fil-Qorti nstema’ kif fit-28 ta’ Marzu, l-akkużat attakka lis-sieħba tiegħu b’turnavit qabel ma wadbilha l-aċtu.

Lura fl-2012, ir-raġel kif akkużat li ta tnax-il daqqa ta’ sikkina lill-istess mara, bil-każ għadu pendenti quddiem il-Qorti.

L-istess akkużat kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €23,000.

Għalkemm saret it-talba għall-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba l-passat tiegħu.

Qalet ukoll li jekk jingħata l-ħelsien mill-arrest jista’ jbagħbas mal-evidenza u jkellem lix-xhieda.

Id-difiza talbet li jinżamm fl-Isptar Monte Karmeli għall-osservazzjoni.

Il-Qorti odnat li d-direttur tal-ħabs jieħu l-passi kollha meħtieġa biex ikun eżaminat l-istat mentali tal-akkużat.

More in Qrati u Pulizija