Raġel iwaddab aċtu fuq mara fil-Marsa

Waqt l-istess argument ir-raġel taha daqqiet ta' arma bil-ponta

Arkivji
Arkivji

Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara argument fil-Marsa li matulu raġel taha daqqiet ta’ arma bil-ponta u wadbilha l-aċtu.

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-11:15am fi Trejqet Isouard fil-Marsa.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li kien hemm argument bejn raġel ta’ 38 sena minn Santa Venera u mara ta’ 50 sena mis-Swieqi.

Jidher li waqt l-argument, ir-raġel allegatament aggredixxa lill-mara permezz ta’ arma bil-ponta u aktar tard waddab likwidu aċiduż fuqha.

Fuq il-post issjeħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

Is-suspettat ġie arrestat u qed jinżamm mill-Pulizija għall-iktar stħarriġ.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka