Vjolenza domestika | Il-vittma taħfirlu iżda l-Qorti tkompli bil-każ

Fi proċeduri kriminali, il-Qorti tista’ tagħżel li tkompli għaddejja bil-każ minkejja li vittma turi x-xewqa li jiefqu

Il-Qorti se tkompli tisma’ l-każ ta’ raġel akkużat bi vjolenza domestika minkejja li s-sieħba tiegħu wriet ix-xewqa li jiefqu l-proċeduri kontrih.

Minkejja dan, fi proċeduri kriminali, il-Qorti tista’ tagħżel li tkompli għaddejja bil-każ minkejja li vittma turi x-xewqa li jiefqu.

Intant, waqt is-smigħ, l-avukati tal-akkużat qalu li l-klijent tagħhom, irrispettivament mill-proċeduri, iddeċieda li jfittex l-għajnuna biex ikun jista’ jikkontrolla r-rabja u anke obbliga lilu nnifsu li sakemm ikunu għaddejin il-proċeduri ma jgħix mal-mara.

L-akkużat, li fil-Qorti qal li huwa d-direttur ta’ kumpanija tal-IT, wieġeb mhux ħati għalkemm ma kkontestax il-fatti.

Fuq ordni tal-Qorti, isem ir-raġel ma jistax jixxandar.

Ir-raġel ingħata l-ħelsien mioll-arrest fuq garanzija personali ta’ €3,000 u anke bil-kundizzjoni li ma javviċinax ix-xhieda u anke li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija darba fil-ġimgħa.

More in Qrati u Pulizija