Sentejn ħabs minkejja li rritorna kollox ħlief €50

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, l-akkużat qal li jiddispjaċih ħafna  għal dak li għamel u talab maħfra

Raġel ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs wara li nstab ħati li seraq €30,000 minn stabbiliment tal-inbid fil-Fontana.

Ir-raġel mill-Uganda, ingħata din is-sentenza minkejja li rritorna l-ammont lura ħlief €50.

William Boakye, li għandu 37, tressaq il-Qorti akkużat li fil-21 ta’ Frar u anke fix-xahar ta’ qabel, seraq minn dan il-ħanut.

Fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, l-akkużat qal li jiddispjaċih ħafna għal dak li għamel u talab maħfra.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

More in Qrati u Pulizija