Il-mara li allegatament inżammet f'għar tbiddel il-verżjoni

Hija kienet instabet fl-għar wara li kienet ilha tlett ijiem irrappurtata nieqsa. 

Il-mara li allegatament inżammet minn żewġha f’għar fil-Kalkara qrib il-Forti Rinella, biddlet l-istqarrija tagħha għaliex kienet qed tibża’ minn żewġha u ma riditx li jkollha problemi mal-liġi.

Il-Qorti semgħet kif din l-evidenza kontra r-raġel mis-Seychelles, li jinsab akkużat bi stupru, abbuż u attentat ta’ qtil ta’ martu, nbidlet għaliex il-mara ta’ 46 sena kienet qed tibża’.

Il-mara kienet instabet f’għar wara li kienet ilha tlett ijiem irrappurtata nieqsa.

L-espert imqabbad mill-Qorti li ħa l-istqarrija tal-mara u li żar ukoll il-post fejn allegatament kienet miżmuma qal li wara l-ewwel seduta mal-Maġistrat, il-mara riedet tbiddel il-verżjoni.

Qal li filwaqt li fl-ewwel verżjoni qalet li kienet inħatfet, fit-tieni verżjoni qalet li kienet marret minn jhedda fil-karozza mal-akkużat.

Fil-Qorti ntqal li r-raġel ma kienx qed jagħtiha ikel u xorb u lanqas ma kellha mowbajl, għaliex itteħdilha qabel ma daħlet fl-għar.

Xehdet il-Ġinekologu li qalet li l-mara kienet mhedda u sfurzata minn żewġha biex ikollha x’taqsam miegħu sesswalment. Xehed ukoll il-Perit li spjega kif il-post fejn kienet qed tinżamm il-mara kien mudlam ħafna u jixbaħ l-fdalijiet puniċi.

Il-każ se jkompli fil-Qorti.

More in Qrati u Pulizija