19-il sena priġunerija lil koppja Belġjana li kienu se jitraffikaw il-kokaina

Huma ammettew ukoll li f’April kellhom 5 kilogrammi kokaina li kienu impurtaw u biħħew f’Malta

Raġel ta’ 46 sena u mara ta’ 51 sena, it-tnejn Belġjani ngħataw is-sentenza ta’ 19-il sena priġunerija u mmultati €35,000 wara li fil-Qorti ammettew li impurtaw u kienu se jittraffikaw bi 15-il kilogramma kokaina f”Malta.

Huma ammettew l-akkużi mressqa kontrihom fosthom li impurtaw il-kokaina, li kellhom id-droga u li kienu se jqassmu l-kokaina flimkien ma’ persuni oħra. Huma ammettew ukoll li f’April kellhom 5 kilogrammi kokaina li kienu impurtaw u biegħu f’Malta.

Il-Belġjani ġew arrestati mill-Pulizija f’Ġunju li għadda wara li kienu waslu Malta permezz tal-katamaran minn Sqallija.

Il-Pulizija kienu ilhom josservaw lill-koppja sakemm ġew arrestati fl-Msida fejn sabu d-droga moħbija fil-vettura tagħhom.

Il-Pulizija arrestaw ukoll żewġt irġiel Maltin wara investigazzjonijiet li damu 10 xhur f’ħidma bejn l-awtoritajiet Maltin u Belġjani.

Fl-għoti tas-sentenza, il-Qorti kkunsidrat li għalkemm il-koppja kellha l-ħsieb li tittraffika d-droga f’aktar minn okkażjoni waħda, ikkoperaw fl-investigazzjonjiet li wassal għal aktar arresti.

Il-Qorti ordnat li jiġu kkonfiskati l-propjetà kollha mobbli u immobbli tal-Belġjani kif ukoll il-qerda tad-droga kollha li nstabet mill-Pulizija.

More in Qrati u Pulizija