Sejba kbira ta’ Ecstacy, Kannabis, Kokaina u Eroina...

Numru konsiderevoli ta’ droga nstabu lbieraħ fil-pussess ta’ raġel miż-Żurrieq

Jiem ta’ osservazzjoni mill-membri tal-iskwadra ta’ kontra d-Droga, wasslu biex ilbieraħ filgħodu ġie arrestat raġel ta’ 26 sena, miż-Żurrieq b’konnessjoni ma’ traffikar ta’ droga.

Fil-karozza tar-raġel, instabu madwar 80 pillola suspettati ecstasy, madwar 115-il gramma sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, madwar 110 grammi sustanza suspettata kokaina u madwar 105 grammi sustanza suspettata eroina. Instabu ukoll diversi affarijiet relatati mat-traffikar tal-istess sustanzi, fosthom miżien eletroniku u boroż fost oġġetti oħrajn.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qort taħt arrest ftit tal-ħin ieħor. 

More in Qrati u Pulizija