Caruana Galizia tallega mingħajr provi li kien uffiċċjal għoli tal-pulizija li għaddielha l-informazzjoni

Qed tallega li dan qalilha li raha lil Konrad Mizzi u Lindsay Gambin , jixorbu x-xampanja, jpejpu s-sigarri u jitbewsu

Uffiċċjal għoli fil-pulizija li llum irtira qabel iż-żmien kien is-sors tal-allegazzjoni li Caruana Galizia kitbet fuq il-blog tagħha li l-Ministru Konrad Mizzi kellu ‘relazzjoni’ mal-kordinatur tal-kommunikazzjoni tiegħu, Lindsay Gambin. Dan qalitu fil-qorti fil-libell li qed tiffaċċja mill-istess Gambin.

Mistoqsija jekk ivverifikatx din l-alegazzjoni mill-avukat Andrew Sciberras, hi wieġbet, “Dawn is-sitwazzjonijiet diffiċli li tivverifikahom” u hawn semmiet il-każ tal-allegat facebook falz li ħoloq Luciano Busuttil biex jittanta lin-nisa. Qalet li l-kont tal-facebook ġie magħluq eżatt wara li hi kkonfrontat lill-istess deputat laburista dwar l-eżistenza tal-account tal-facebook.

“Is-sors tiegħi hu uffiċċjali għoli ferm tal-pulizija  u ma kellix għa;fejn niddubitah. Hu qalli li rahom f’bar jixorbu x-xampanja u jpejpu is-sigarri. Kien bil-lejl, u kienu bil-qiegħda ħdejn xulxin u mill-mod kif kienu qed jaġixxu ma kienx ta’ ministru u l-assistenta tiegħu. Huma kienu wkoll qed jitbewsu.”

Qalet ukoll li darba minnhom irċeviet telefonata minn uffiċċjal tal-armata f’nofsilejl biex jgħidilha li Mizzi kien f’bar il-belt ma’ mara. Hi bagħtet ir-ritratt ta’ Lindsay gambin lil dan l-individwu u dan ikkonferma li l-mara kienet Lindsay Gambin. “Jekk raġel miżżewweġ joħroġ

Meta l-avukat ippressaha li dan kien għajdut Caruana Galizia qalet, “qed nitkellmu dwar ministru, li wkoll hu ħafna qrib il-Prim Ministru u minn marzu tal-2013 għadu ma waqafx jikkometti żbalji, “ insistiet Galizia.



Caruana Galizia allegat ukoll li Mizzi attenda għal tieġ ta’ ħaddiem mill-ONE akkumpanjat minn gambin, eks impjegata tal-ONE.

 

Il-qorti iddiferiet il-kawża ta’ libell għal Jannar.

 

 

More in Qrati u Pulizija