Joel Caruana akkużat li kkorrompa tfajla ta' 15-il sena

Id-DJ Joel Caruana akkużat li kkorrompa tfajla taħt l-età, l-pulizija tgħid li din hija t-tielet darba li Caruana qed jiffaċċja akkużi simili wara li kien ingħata sentenza sospiża darbtejn
 

DJ ta’ 24 sena li fil-passat ġie kkundannat li ħa sehem f’attivatijiet sesswali ma’ persuni taħt l-età, kien mressaq il-Qorti dalgħodu, din id-darba akkużat li kkorrompa tifla ta’ 15-il sena.

Joel Caruana, ta’ 24 sena minn Ħal Tarxien ġie mixli quddiem il-Maġistrat Antonio Micallef Trigona li fl-24 ta’ Lulju li għadda u fix-xhur ta’ qabel ikkorrompa tfajla ta’ 15-il sena u ħa sehem f’attivatijiet sesswali magħha.

Il-prosekuzzjoni, mmexxija mill-Ispettur Sylvana Briffa, qalet lill-Qorti li dn kienet it-tielet darba li Caruana kien mixli fuq akkużi simili. Fl-2010 Caruana kien ngħata sentenza ta’10 xhur ħabs sospiża għal sentejn wara li kien misjub ħati li ħa sehem f'attivatijiet sesswali ma' tifla ta' 13 sena, u tliet snin wara, proprju fl-2013, ingħata sentenza sospiża oħra – din id-darba wara li deher jaqbad sider ta’ tfajla ta’ 14-il sena.

Huwa ġie akkużat ukoll li kkommetta reat meta kellu sentenza sospiza fil-konfrong tiegħu. Caruana ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Qorti ċaħdet l-appell għall-ħelsien mill-arrest u nżamm taħt l-arrest.

More in Qrati u Pulizija