Il-PM jħabbar pakkett ta' €1.8 biljun ta' għajnuna għan-negozji u l-ħaddiema

Din il-maltempata hija temporanja, għall-perjodu li jrid jgħaddi u allura ma hemmx għaliex naqtgħu qalbna insista l-Ministru għall-Finanzi

Il-PM ħabbar illi l-Gvern qed jgħaddi pakkett ekonomiku ta' €1.8 biljun li se jinqasmu f'taxxi diferiti, fost oħrajn li se jgħoddu għal bejn €400 €700 f'taxxa u bolla li min iħaddem jista' ma jitħallsux għalissa. 

Il-Gvern imbagħad se jinjetta €900 f'garanziji u allura l-possibilità li banek per eżempju jipposponu self fejn ikun hemm bżonn.

"Pajjiżna huwa b'saħħtu u allura nifilħu nħallsu iktar mill-medja ta' dak li qed joffru pajjiżi oħrajn," qal Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna li ammetta iżda illi l-ekonomija se tintlaqat ħażin.

"Din il-maltempata hija temporanja, għall-perjodu li jrid jgħaddi u allura ma hemmx għaliex naqtgħu qalbna."

Aqra aktar dwar il-proposti:

More in Politika