Miżuri Covid-19 | Xahrejn ta' leave addizzjonali għall-ġenituri biex jibqgħu ma' uliedhom

Miżura indirizzata għal għal dawk il-familji fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu u ma jistgħux jagħmlu dan mid-dar u għalhekk ma jistgħux jibqgħu mat-tfal

Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri spjega kif il-Gvern se jkun qed jagħti xahrejn ta' leave addizzjonali għal dawk il-familji fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu u ma jistgħux jagħmlu dan mid-dar.

Dawn il-familji, madwar 12,000, qed isibuha diffiċli biex jibqgħu mat-tfal tagħhom li bħalissa mhux imorru skola għax l-iskejjel jinsabu magħluqa. 

Hekk wieħed mill-ġenituri jkun jista' joqgħod ma' uliedu.

Għal dan, il-Gvern se jkun qed jalloka wkoll benefiċċju ta' €800 fix-xahar għal kull familja.

Ara aktar miżuri fuq is-sit illum.com.mt

More in Politika