Miżuri Covid-19 | Paga ta' €800 kull xahar lil persuni kollha b'diżabilità li qed ikollhom jibqgħu d-dar

€800 fix-xahar lil persuni b'diżabilità

Meta llejla kien qed iħabbar numru ta' miżuri biex jilqgħu għall-impatt tat-tixrid tal-Covid-19 il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri qal illi l-Gvern iddeċieda illi jgħaddi paga ta' €800 fix-xahar lil kull persuna b'diżabilità u li ma jistgħux iħallu d-dar minħabba li huma aktar vulnerabbli.

Din il-miżura hija waħda minn bosta mħabbrin illejla mill-Gvern f'konferenza ndirizzata wkoll mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.  Il-pakkett ekonomiku mħabbar jiswa' €1.8 biljun.

Ara aktar miżuri fuq is-sit illum.com.mt

More in Politika