Miżuri Covid-19 | €800 fix-xahar għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg tagħhom

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri jispjega kif hija realtà li se jkun hemm min jitlef l-impjieg tiegħu, iżda l-Gvern ħaseb għal dawn il-ħaddiema

Hekk kif il-Gvern ħabbar pakkett ta' miżuri biex jgħin lin-negozji u lill-individwi jgħaddu minn dan iż-żmien diffiċli minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri qal li xorta waħda se jkun hemm min jitlef l-impjieg tiegħu.

Għal dawn, il-Gvern ħoloq fond apposta u se jkun qed jassigura li dawk li jitilfu x-xoħol tagħhom ma jibqgħux b'xejn iżda jirċievu ħlas ta' €800 fix-xahar.

Din il-miżura se tkun qed tapplika wkoll għal dawk il-ħaddiema li tilfu x-xogħol tagħhom mid-9 ta' Marzu 'l quddiem.

Ara aktar miżuri fuq is-sit illum.com.mt

More in Politika