Miżuri Covid-19 | Permessi tax-xogħol għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi mhux se jkunu aċċettati

Il-permessi tax-xogħol għal dawn il-persuni se jkunu qed jiġu aċċettati biss f'każ ta' xogħlijiet b'ħiliet għolja

Waqt li l-Gvern ħabbar pakkett ta' miżuri biex jilqa' għall-impatt tal-coronavirus fuq l-ekonomija tal-pajjiż, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri saħaq li għal dawn ix-xhur, il-permessi tax-xogħol għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi mhux se jkunu aċċettati.

Dan ifisser li mhux se jkunu aċċettati permessi ġodda għax-xogħol għall-ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi li mhux membri fl-Unjoni Ewropea.

Il-permessi tax-xogħol għal dawn il-persuni se jkunu qed jiġu aċċettati biss f'każ ta' xogħlijiet b'ħiliet għolja.

Ara aktar miżuri fuq is-sit illum.com.mt.

More in Politika