Il-mużewijiet u t-teatri ordnati jagħlqu wkoll hekk kif jitilgħu għal 18-il każi ta' coronavirus

Il-Gvern ikompli jagħlaq aktar istituzzjonijiet u postijiet pubbliċi hekk kif il-każi jlaħħqu t-18

Wara diskussjonijiet li saru matul dawn l-aħħar sigħat bejn il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u d-dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa pubblika fi ħdan l-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru, il-Gvern ħabbar li bħala mezz ta’ prekawzjoni għall-imxija tal-COVID-19, il-mużewijiet nazzjonali operati minn Heritage Malta, teatri pubbliċi u avvenimenti kulturali tal-massa organizzati minn xi entità pubblika qegħdin jiġu sospiżi għaż-żmien li ġej, sakemm jinħareġ kommunikat uffiċċjali ieħor.

Dan jiġi wara li lbieraħ il-Gvern ħabbar li qed jagħlaq il-Qorti u jum qabel ħabbar li se jagħlaq l-iskejjel kollha u l-università. Ilbieraħ ukoll ħabbar li l-monti ma jistax jarma, t-Tribunali lokali ġew difereiti u d-day care centres ma jistgħux jinfetħu. 

Illum tħabbar illi matul dan il-lejl in-numru ta' każi żdiedu għal 18, b'ħames każi waħedhom jirriżultaw dal-lejl. 

More in Politika