Ħames każi ġodda matul il-lejl; Malta bi 18-il każ ta' coronavirus

Uħud mill-pazjenti ħarġu u marru x-xogħol u anke l-Università meta kellhom is-sintomi

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, ħabbret li Malta issa għandha 18-il każ ta' coronavirus hekk kif ħames pazjenti rriżultaw fil-pożittiv matul il-lejl li għadda.

Il-każi kollha, bħal dawk preċedenti ġew importati.

Id-dettalji tal-każi kollha:

  • Tfajla ta’ 19-il sena
    • Studenta Maltija
    • Marret Brussell mill-4 sat-8 ta’ Marzu
    • 11 ta’ Marzu bdew is-sintomi
    • Marret lecture waħda waqt li kellha s-sintomi. Qed isir l-assessjar mal-istudenti
    • Il-familja tagħha ma għandha l-ebda sintomi u tinsab fi kwarantina
  • Russu li jgħix Malta
    • Kien ilu ftit ir-Russja u ġie lura fl-4 ta’ Marzu
    • 11 ta’ Marzu kellu wġigħ fil-muskoli u deni
    • Persuna tgħix miegħu u jinsab f’kumpanija privata.
    • Dan il-persuna jaħdem f’kumpanija privata. Qed isir kuntatt mal-kumpanija
  • Malti ta’ 33 sena
    • Mar Dublin fl-Irlanda bejn is-7 ta’ Marzu u l-10 ta’ Marzu
    • Beda bis-sintomi fid-9 ta’ Marzu. Kien bis-sintomi meta kienu għadu hemm
    • Mitkellma l-passiġġieri li kienu bilqiegħda viċin tiegħu; Dawn jintalbu jagħmlu kwarantina
  • Każ ieħor ta’ Malti 
    • Mar Barċellona fis-6 ta’ Marzu u wasal lura fid-9 ta’ Marzu
    • Sema' mill-istruzzjonijiet u għalhekk mill-11 ta’ Marzu baqa’ fi kwarantina obbligatorja
    • Is-sintomi ħarġulu fit-13 ta’ Marzu
  • Koppja li jgħixu flimkien
    • Persuna minn Ħong Kong u persuna mill-Italja
    • Marru Madrid mis-7 sal-10 ta’ Marzu
    • Fil-11 ta’ Marzu kellhom is-sintomi
    • Jaħdmu ma’ kumpanija privata. Għadu qed isir l-assessjar

More in Politika