Filmat | Evarist Bartolo sieket wara l-laqgħa tal-Grupp Parlamentari

Bartolo ma weġibx lanqas jekk għadux komdu fil-Kabinett u jekk jarax futur għalih

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo ma weġibx lill-ġurnalisti u żamm sieket hekk kif intemmet il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari u mexa lejn il-Parlament.

Mistoqsi jekk hux komdu fil-kabinett, Bartolo wieġeb: "F'din ix-xita żgur mhux komdu."

Bartolo baqa' sieket ukoll meta mistoqsi jekk jarax futur fil-Kabinett u dan wara li dalgħodu ħareġ fil-beraħ jgħid li l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jirriżenjaw.

Intant, fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-Prim Ministru talab vot ta' fiduċja sigriet u dwaru u dan għadda b'mod unanimu.

Ara wkoll:

More in Politika