Il-PM jitlob vot ta' fiduċja sigriet u jgħaddi b'mod unanimu

Fi stqarrija, il-PL jisħaq li l-Grupp Parlamentari kollu jinsab wara l-PM iżda ma ssir l-ebda referenza dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri

Waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru talab vot ta’ fiduċja fih innifsu, liema vot għadda b’mod unanimu.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li dan il-vot ittieħed b’mod sigriet.

Skont il-Partit Laburista, matul il-laqgħa kien hemm sens kbir ta’ responsabbilità.

L-istqarrija ma ssemmi xejn dwar is-sitwazzjoni politika preżenti u s-sejħiet, inkluż mill-Ministru Evarist Bartolo, biex Konrad Mizzi u Keith Schembri jirriżenjaw.

More in Politika