'Teuma fost l-aktar plejers ta' valur meta tqis il-prezz' - The Guardian

Il-ġurnal Ingliż isemmi lil Teuma f'lista ta; plejers li tinkludi lil Lionel Messi, Rob Holding u Christian Pulisic

Il-plejer internazzjonali Malti Teddy Teuma kompla jagħmel ħoss fil-ġurnali internazzjonali, hekk kif ġie kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa trasferimenti tul dan is-sajf, meta wieħed iqis il-prezz li tħallas għalih.

Il-gazzetta Ingliża The Guardian poġġietu mal-aqwa 12 f’din il-kategorija, f’lista li tinkludi lil Lionel Messi, Rob Holding u Christian Pulisic.

Teuma ingħaqad ma’ Reims, fl-għola diviżjoni ta’ Franza, għal £3.9 miljun, mit-tim Belġjan Union Saint-Gilloise.

Il-gazzetta tgħid li, “għalkemm Malta qatt ma kienet post minn fejn joħroġ talent kbir ta’ futbol, jista’ jkun li Teuma se jġib bidla. Il-plejer ġdid ta’ Reims diġa qed juri x’kapaċi jagħmel, wara karriera f’diviżjonijiet baxxi.”

Aktar kmieni dan l-istaġun, hu kien magħżul bħala l-aħjar plejer tal-ġimgħa fil-lig Franċiż minn L’Equippe, li poġġietu għola minn plejers bħal Kylian Mbappe. Dan wara li żewġ gowls u assist taw lil Reims rebħa ta’ 3-1 kontra Montpellier.

More in Lokali