Nhar is-Sibt tibda ir-Rolex Middle Sea Race f’Malta – l-44 edizzjoni

Se jikkompetu madwar 100 jott nhar is-Sibt, il-korsa ta’ 606 mil nawtiku tibda u tispiċċa Malta 

Nhar is-Sibt se jingħata bidu għal 44 il-edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Din hija waħda mill-kompetizzjoni klassiċi li fiha jikkompetu dgħajjes tal-ogħla teknoloġija. Se jieħdu sehem fuq 100 jott u se jirrapreżentaw 26 il-nazzjon, fosthom Spanja, l-Awstralja, il-Greċja u Kazakstan.

It-tellieqa tibda mill-Port il-Kbir il-Belt Valletta taħt Forti Sant Anġlu. Il-parteċipanti se jimbarkaw fuq korsa ta’ vjaġġ ta’ 606 mil nawtiku lejn il-kosta ta’ Sqallija. Il-korsa imbagħad iddur mal-Gżejjer Eolijani u tgħaddi minn ħdejn il-vulkan attiv Stromboli. Il-korsa se tgħaddi lill-parteċipanti minn bejn Marettimo u Favignana u jkomplu sejrin lejn Pantelleria u Lampedusa sakemm jirritornaw lura Malta. 

Oriġinarjament, din it-tellieqa nibtet minn pika ta’ bejn żewġt iħbieb, Paul u John Ripard li kienu membri tar-Royal Malta Yacht Club, u baħħar Jimmy White fis-sena 1968. Minn dakinhar ‘l hawn kibret f’kompetizzjoni internazzjonali u Malta irnexxielha tirbaħ disa’ darbiet, l-iktar riċentament fl-2020 u fl-2021 

More in Lokali