Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

Xalata ta' films magħżulin apposta għat-tfal, bi prezzijiet imraħħsa.

Ġurnata taċ-ċinema għat-tfal fil-11 ta' Marzu

Carmel Bonnici / 3 ta' Marzu 2017 08:48
Reġa' wasal dan iż-żmien tas-sena li fih id-distributuri lokali tal-films, KRS Releasing Ltd. se jorganizzaw edizzjoni oħra tal-Ġurnata taċ-Ċinema għat-Tfal. Din l-attività' ser issir nhar is-Sibt 11 ta' Marzu meta, għal darb'oħra, t-tfal se jkollhom xalata ta' films magħżulin apposta, x'jaraw bi prezzijiet imraħħsa.
Se jkun hemm għall-wiri 14-il film li jkopru ġeneri varjati, minn films animati ta' azzjoni u avventuri, kummiedji, drammi tal-fantasija sa kummiedji bijografiċi u avventuri tax-xjenza fittizja mimlija azzjoni.
F'Malta, l-wiri tal-films jibda mid-9.00am u jibqa' sejjer sas-7.00pm, waqt li f'Għawdex il-wiri jkun fis-2.00, 4.00 u 6.00pm rispettivament.
F'din il-ġurnata partikolari, dawn huma l-films li se jintwerew:


The Lego Batman Movie  - Film animat bil-karattri jkunu ġugarelli Lego.
A Monster Calls - Fantasija struttiva dwar tifel li jiltaqa' ma' mostru forma ta' siġra li jgħinu f'perjodu diffiċli ta' ħajtu.
Sing - Film animat dwar grupp ta' annimali f'kompetizzjoni tal-kant.
Monster Trucks - Avventura fantastika fejn wieħed akkanit għall-karozzi jagħmel ħabib ma' kreatura li ġiet mill-ġenwini tal-art.
Ballerina - Film animat dwar tfajla li taħrab minn orfanatrofju biex issir żeffiena.
Rogue One - A Star Wars Story - Avventura gwappa tax-xjenza fittizja fejn grupp ta' ribelli jimbarkaw fuq missjoni perikoluża biex jisirqu l-pjani ta' arma qawwija.
Moana - Tfajla kuraġġuża tazzarda 'l barra minn xtutha biex issalva lil niesha li jgħixu fuq gżira tal-Paċifiku t'Isfel. Animat.
Fantastic Beasts and where to Find Them - Avventuri ta' fantasija dwar saħħar li jiġġieled kontra forzi oskuri.
A Street Cat Names Bob - Wieħed li jdoqq u jkanta fit-triqat jkollu ħajtu trasformata għall-aħjar meta jaddotta qattus 'ġinġer'.
Doctor Strange - Film mimli azzjoni u fantasija dwar kirurgu li jitlef idejh f'inċident, idur għall-forzi mitici u jsir supereroj.
Trolls - Film animat dwar kreaturi Skandinavi dejjem ferħanin u jkantaw.
Storks - Għasafar kbar qishom għarnuq li minflok bħas-soltu jġorri t-trabi, issa se jqassmu pakketti postali.
Miss Peregrine's Home For Peculiar Children - Fantasija ħelwa dwar tfal b'abbilitajiet speċjali li jgħixu f'post għalihom.
Kubo and The Two Strings - Fantasija oħra animata dwar tifel b'doni speċjali li jmur fuq vjaġġ bżonnjuż akkumpanjat minn xadina u ħanfusa samuraj.

Il-films se jintwerew f'dawn is-swali:
Eden - San Ġiljan
Empire - Buġibba.
Embassy - Valletta.
Gallarija - Fgura.
Citadel - Għawdex.
Oratorju Don Bosco - Għawdex.
 
Tajjeb li wieħed jaħseb kmieni għall-biljetti.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook