‘NUCLEUS’: Sitt artisti stabbiliti jtellgħu wirja kollettiva tal-akkwarell

‘NUCLEUS’ se tibqa’ miftuħa fl-Art Galleries tas-Soċjetà tal-Arti f’Malta, Palazzo de La Salle fil-Belt Valletta sal-1 ta’ Frar, 2024. Kulħadd jista’ jżur il-wirja b’xejn matul il-ġimgħa mid-9 am sas-7 pm, u nhar ta’ Sibt mid-9 am sas-1 pm. 

Fil-11 ta’ Jannar se tiftaħ wirja kollettiva f’Palazzo de La Salle, ikkordinata minn Caroline Miggiani. ‘NUCLEUS’ se turi x-xogħlijiet tal-akkwarell ta’ sitt artisti lokali; Jeni Caruana, Debbie Caruana Dingli, Anna Galea, Anna Grima, Tonio Mallia, u Kenneth Zammit Tabona. Is-sitt artisti kollha jvarjaw fl-istili tagħhom, iżda kollha jixtiequ jenfasizzaw il-mezz tal-akkwarell, kif ukoll irawmu apprezzament għalih fost artisti iżgħar. 

Jeni Caruana ġiet rilokata mir-Renju Unit għal Malta fis-snin sebgħin meta ġiet adottata. Bħala esebitur frekwenti, it-taħriġ formali tagħha bbenefika x-xena tal-arti Maltija. Ix-xogħlijiet tagħha huma inklużi f’bosta kollezzjonijiet pubbliċi u privati, u hi rrappreżentat lil Malta f’diversi wirjiet internazzjonali. Caruana tippreferi tagħmel użu minn media niexfa jew tal-ilma (dry and water-based media), u vera kapaċi tinterpreta l-mozzjoni u l-ħin fuq il-kanvas, hekk kif turi s-serje emottiva tagħha ta’ pitturi li jinkludu mużiċisti, żeffiena, nudi, ritratti, u pajsaġġi. 

Il-familja ta’ Debbie Caruana Dingli għandha rabtiet mad-dinja tal-arti li jmorru lura għall-1800. Għalhekk, hi minn dejjem inġibdet lejn l-arti. Fl-1985, Debbie kellha l-ewwel wirja individwali (solo) tal-akkwarell tagħha. Matul is-snin hija organizzat ħafna aktar wirjiet, kultant b’xogħlijiet taż-żejt. Ix-xogħol seminali tagħha, ‘Games People Play’ (2001), inkluda pitturi tal-cartoons umoristiċi li wasslu l-perspettiva tal-interazzjoni umana tagħha. Fl-2015, il-Bank of Valletta organizzaw retrospettiva tax-xogħlijiet tagħha. 

Magħrufa għall-pitturi astratti u still lifes kbar tagħha, Anna Galea hija artista stabbilita bbażata f’Malta, Ruma u Dubai, u hija wkoll ir-rebbieħa ta’ diversi premjijiet. Hija għandha lawrja tal-Masters fil-kreattività u l-innovazzjoni mill-Università ta’ Malta, u kellha bosta wirjiet tal-arti fiċ-Ċina, l-Asja tax-Xlokk, l-Emirati Għarab Magħquda, l-ibliet kapitali ewlenin tal-Ewropa, New York, u Washington. Uħud mill-akbar pubblikaturi tal-artisti ħarġu kotba, kalendarji, phone cards, qxur tal-kotba, u prodotti oħra bil-pitturi ta’ Galea fuqhom. Il-kreazzjonijiet tagħha jistgħu jinstabu fil-palazzi, mużewijiet, banek, uffiċċji, u varjetà ta’ kollezzjonijiet privati. 

Il-portafoll ta’ Anna Grima għandu vitalità u kumplessità. Għalkemm hija meqjusa bħala artista figurattiva, ix-xogħol l-aktar riċenti tagħha jiffoka fuq il-forma u l-kulur. Hikisbet Masters tal-UOM fil-Fine Art & Digital Media fl-2015. Il-kreazzjonijiet tagħha jistgħu jinstabu kemm f’postijiet pubbliċi kif ukoll privati, bħal Berlaymont summa artis II Collection fid-Dar tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell, fejn Grima tirrappreżenta lil Malta, u l-Fondazzjoni Kreattività Art Collection. 

Tonio Mallia beda l-karriera tiegħu bħala pittur tal-pajsaġġi bl-akkwarelli. Għal dawn l-aħħar erbgħin sena, huwa kien pittur prominenti tal-akkwarell f’Malta. Huwa esperimenta bla waqfien bl-akkwarell u media oħra bbażata fuq l-ilma matul is-snin, kollu fi sforz biex jiskopri mezzi ġodda għall-espressjoni. Permezz ta’ dawn il-mezzi u ta’ teknika sofistikata li Mallia żviluppa matul ħafna snin ta’ xogħol intensiv, il-komponenti elementari tal-baħar u r-riħ, l-art u s-sema, jingħaqdu. 

Kenneth Zammit Tabona huwa involut kemm fix-xena tal-arti kif ukoll fix-xena mużikali. Fl-2012 sar il-fundatur u d-Direttur Kreattiv tal-Valletta International Baroque Festival. Huwa sar l-ewwel Direttur Artistiku tat-Teatru Manoel fl-2015. Bħala artist, huwa primarjament rikonoxxut bħala akkwarellist u illustratur tal-kotba b’ħafna wirjiet fir-resum tiegħu. Il-pitturi tiegħu jinsabu f’kollezzjonijiet notevoli kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, bħal Berlaymont fi Brussell. Ix-xogħlijiet tiegħu dejjem jinkapsulaw is-sbuħija ta’ pajjiżna. Jista’ jingħad li l-ilwien qawwija u l-forom uniċi huma d-daqqa u l-firma tipika tiegħu. 

‘NUCLEUS’ se tibqa’ miftuħa fl-Art Galleries tas-Soċjetà tal-Arti f’Malta, Palazzo de La Salle fil-Belt Valletta sal-1 ta’ Frar, 2024. Kulħadd jista’ jżur il-wirja b’xejn matul il-ġimgħa mid-9 am sas-7 pm, u nhar ta’ Sibt mid-9 am sas-1 pm. 

More in Arti