L-Għaqda Ħbieb tal-Presepji se jiċċelebraw it-800 anniversarju mill-ewwel presepju tal-Milied minn San Franġisk

F’dan l-istaġun tal-festi, agħmel vjaġġ lura fiż-żmien u ħalli lilek innifsek tiġi ttrasportat qalb blat, fanali li jteptpu u pajsaġġi fl-istorja nattiva f’“Il-Vjaġġ tal-Presepju ma’ San Franġisk”. Din il-wirja se sseħħ fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta

F’dan l-istaġun tal-festi, agħmel vjaġġ lura fiż-żmien u ħalli lilek innifsek tiġi ttrasportat qalb blat, fanali li jteptpu u pajsaġġi fl-istorja nattiva f’“Il-Vjaġġ tal-Presepju ma’ San Franġisk”. Din il-wirja se sseħħ fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. 

Permezz ta’ kollaborazzjoni bejn Heritage Malta u l-Għaqda Ħbieb tal-Presepji Għawdex-Malta, taħt il-patroċinju tal-ET il-President ta’ Malta, kollezzjoni tal-għaġeb ta’ aktar minn sittin presepju tradizzjonali u figurini tat-twelid se tkun qed iżżejjen waħda mis-swali tal-Palazz tal-Gran Mastru.  

Dawn il-presepji huma kreazzjonijiet ta’ artisti u gruppi kemm Maltin kif ukoll barranin, u huma magħmulin minn varjetà ta’ materjali, fosthom paper mache, ħġieġ u jablo fost oħrajn. 

Din il-wirja tifforma parti minn sensiela ta’ inizjattivi madwar id-dinja, organizzati mill-Federazzjoni Internazzjonali Ħbieb tal-Presepju, li tiċċelebra t-800 anniversarju ta’ din is-sena minn meta nħoloq l-ewwel presepju minn San Franġisk fi Greccio, l-Italja. Dan l-episodju huwa meqjus bħala l-bidu ta’ din it-tradizzjoni Kattolika għażiża li tul is-snin infirxet madwar id-dinja u saret parti mit-tiżjin tal-Milied fid-djar, filwaqt li tirrakkonta b’mod artistiku dan il-lejl solenni. 

Żewġ wirjiet oħra se jkunu qed isiru b’mod parallel fil-bini tal-Parlament fil-Belt Valletta u l-Kunvent Agostinjan fir-Rabat Għawdex. Se jiġu offruti għadd ta’ workshops immirati għal diversi udjenzi li jaqsmu għarfien espert u gwida dwar il-metodoloġija u l-istorja tal-preparazzjoni tal-presepji.  

Biex tiżgura ruħek li ż-żjara tiegħek fil-wirja tkun tassew memorabbli, id-Dipartiment tal-Pubblikazzjonijiet ta’ Heritage Malta kkummissjona sett esklussiv ta’ 15-il figura tan-natività numerata kommemorattiva u b’edizzjoni limitata, maħluq minn Pawlu Muscat fl-istil tradizzjonali ‘tas-sold’ u li jikkonsisti kull karattru tipiku. Kemm dan is-sett uniku, kif ukoll katalgu informattiv u illustrat, se jkunu disponibbli għall-bejgħ fuq is-sit u online fuq www.heritagemalta.mt/store

Din il-wirja se tibqa’ għaddejja mill-Ħadd 19 ta’ Novembru sal-Ħadd 21 ta’ Jannar 2024, u tiftaħ kuljum. Il-ħinijiet tal-ftuħ għal Novembru huma mill-10:00 sas-18:00. Id-dħul huwa fuq bażi ta’ donazzjoni, bil-flus imorru direttament għand il-Malta Community Chest Fund. Id-dħul isir minn Triq il-Merkanti. 

More in Arti