L-Istorja ta’ Peter il-Fenek ta’ Beatrix Potter, issa bil-Malti! Ktieb sabiħ għall-Milied, għat-tfal u l-kbar

Żgur li wieħed mill-kotba l-aktar għal qalb il-qarrejja żgħar u kbar hu “The Tale of Peter Rabbit” miktub minn Beatrix Potter

Żgur li wieħed mill-kotba l-aktar għal qalb il-qarrejja żgħar u kbar hu “The Tale of Peter Rabbit” miktub minn Beatrix Potter. Dan il-ktieb li twieled f’ittra, kien mitbugħ fi ktieb fl-1902 mill-pubblikaturi Frederick Warne & Co.   

Minn dak iż-żmien, il-karattru mqareb ta’ Peter il-Fenek tant kiseb popolarità li nqaleb f’aktar minn 36 lingwa u biegħ ’il fuq minn 45 miljun kopja. Il-pubblikaturi Horizons għandhom il-pjaċir iħabbru li ħadu ħsieb il-pubblikazzjoni bil-Malti tal-ktieb klassiku għat-tfal, “L-Istorja ta’ Peter il-Fenek”.   

It-traduzzjoni bil-Malti għamilha Dr Terence Portelli li hu Senior Lecturer fil-Fakultà tal-Edukazzjoni, l-Università ta’ Malta. Fost l-oħrajn, Portelli jagħti lezzjonijiet u anke jagħmel riċerka fil-Letteratura għat-Tfal.   

Din l-edizzjoni awtorizzata bil-Malti qiegħda tidher bl-illustrazzjonijiet oriġinali u ikoniċi li Beatrix Potter stess ħejjiet għall-ktieb tagħha. Il-ktieb “L-Istorja ta’ Peter il-Fenek” hu mitbugħ f’edizzjoni b’qoxra iebsa u jista’ jinxtara mingħand il-pubblikatur Horizons www.horizons.com.mt u mill-ħwienet tal-kotba ewlenin. 

More in Arti