It-58 kompetizzjoni nazzjonali u esebizzjoni tal-fotografija tiżvela t-talent fotografiku lokali

Dan ix-xahar, is-Soċjetà Fotografika ta’ Malta se tħejji t-58 kompetizzjoni nazzjonali u esebizzjoni fotografika fis-Soċjetà Maltija tal-Arti fil-Belt Valletta

Dan ix-xahar, is-Soċjetà Fotografika ta’ Malta se tħejji t-58 kompetizzjoni nazzjonali u esebizzjoni fotografika fis-Soċjetà Maltija tal-Arti fil-Belt Valletta. Din l-edizzjoni storika hija għolja kemm fil-kwalità fotografika, kif ukoll fid-domanda u l-kwantità ta’ parteċipanti. 

Il-kompetizzjoni hija maqsuma f’erba’ kategoriji; 188 stampa monokroma, 214-il stampa bil-kulur, 232 stampa monokroma proġettati, u 277 stampa bil-kulur. Is-Soċjetà Fotografika ta’ Malta rċeviet aktar minn 900 sottomissjoni, li minnhom intgħażlu 107 stampi u 150 ritratt ipproġettat elettronikament. Il-firxa wiesgħa ta’ entrati fil-kategoriji kollha hija xhieda tal-immaġinazzjoni vivaċi u l-entużjażmu tal-fotografi lokali tagħna.  

Ir-riżultati tal-kompetizzjoni saru pubbliċi f’Ottubru fejn ingħata kreditu kemm lill-kalibru eċċellenti ta’ parteċipanti, kif ukoll lill-pjanifikaturi diliġenti tal-avveniment. Ir-ritratti sottomessi, li jvarjaw minn dawk artistiċi u espressivi sal-klassiċi, jixhdu d-diversi talenti li għandha x’toffri s-Soċjetà Fotografika ta’ Malta. Il-kumitat eżekuttiv tas-Soċjetà Fotografika ta’ Malta esprima l-ferħ tiegħu bir-rispons tremend mill-membri tal-MPS u kemm minn dawk mhux membri.  

Minbarra, deheb, fidda, u bronż, ingħataw Menzjonijiet Onorevoli għall-kontribuzzjonijiet eċċellenti li ma ħadux post fl-ewwel tlieta. Dawn il-midalji u l-premjijiet ingħataw fl-erba’ kategoriji kollha. Barra minn hekk, ingħataw premjijiet speċjali għall-aqwa xogħlijiet Portrait, Landscape, Still Life, Nature, Architecture, u Street Photography

Il-ħtieġa għal spazji ta’ esebizzjoni għall-fotografi lokali hija waħda li s-Soċjetà Fotografika ta’ Malta tirrikonoxxi, u għalhekk huma impenjati li jgħollu l-fotografija għall-istess livell bħal forom artistiċi oħra. Dawk interessati jistgħu jżuru t-58 National Competition & Exhibition of Photography f’Palazzo de La Salle sal-21 ta’ Diċembru. 

Il-wirja se tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8 am sas-7 pm, u s-Sibt mid-9 am sas-1 pm. Id-dħul huwa b’xejn, u min jixtieq gwida jista’ jikkuntattja lis-Soċjetà Fotografika ta’ Malta fuq 9900 1961 jew fuq [email protected]

More in Arti