L-attur David Walliams lura f’Malta għal avveniment b’risq Puttinu Cares mal-Mediterrane Film Festival

L-attur u l-kittieb Brittaniku David Walliams ġie kkonfermat li se jkun qed jattendi l-Mediterrane Film Festival. Dan hekk kif il-Mediterrane Film Festival se jingħaqad ma’ Puttinu Cares għall-avveniment, “The David Walliams Live Book Show” b’risq Puttinu Cares, li se jsir fid-29 ta’ Ġunju f’Dar il-Mediterran.

Dan bħala parti minn inizjattiva bl-isem ta’ ‘United for Children’, fejn il-flus kollha li jiddaħħlu minn dan l-avveniment se jingħataw kollha lill-Fondazzjoni Puttinu Cares

Hawn wieħed jista’ jieħu sehem f’sessjonijiet ta’ kant ma’ Walliams, fejn se jkun hemm ukoll preżentazzjoni diretta għat-tfal.

Il-biljetti għal dan l-avveniment huma bla ħlas, u wieħed jista’ jsibhom minn fuq mediterrane.com nhar it-Tnejn 19 ta’ Ġunju mill-4:00pm.

Walliams huwa kummidjant, attur u kittieb magħruf li ħadem fuq it-televiżjoni, fiċ-ċinema u anke fil-letteratura. 

More in Arti