Ħames Minuti Intervisti Divertiment Teatru Arti

Il-pjazza ta' Birżebbuġa ttrasformata fi spettaklu ta' dawl dan il-Milied

Il-pjazza tal-lokalità ta' Birżebbuġa tixgħel b'numru kbir ta' siġar tal-Milied u parti minnha tinbidel f'villaġġ tal-Milied

Albert Gauci Cunningham / 3 ta' Diċembru 2017 16:10
Waħda mill-akbar pjazez Maltin, issir waħda mill-isbaħ | Ritratt meħud minn Audrey Abdilla Cunningham
Birżebbuġa għandha waħda mill-ikbar pjazez f'Malta. Dan il-Milied se jkollha waħda mill-isbaħ pjazez ukoll hekk kif matul dan it-tmiem il-ġimgħa xegħlet b'numru kbir ta' siġar tal-Milied quddiem il-Knisja Parrokkjali ta' San Pietru Fil-Ktajjen. 

Birżebbuġa, s-sena l-oħra armat u kissret ir-rekord bl-akbar siġra tal-Milied u din is-sena jidher li l-Birżebbuġani għollew il-livell hekk kif minflok waħda, tellgħu numru ta' siġar, kollha bozoz. L-għan għal darb'oħra huwa li jerġa jinkiser ir-rekord. 

B'kollox fil-pjazza hemm armati 24 siġra. Sitta minnhom huma tliet sulari għoljin, tmienja huma żewġ sulari għoljin u magħhom jingħaqdu seba' arkati. B'kollox l-istruttura hija ta 40 metru, b'68,000 bozza LED u 6.8km ta dawl.

Matul dawn il-jumejn il-pjazza ta' dan ir-raħal fin-nofsinhar ta' Malta imtliet b'attività hekk kif parti minnha nbidlet f'villaġġ tal-Milied, inizjattiva li reġgħet qed issir għat-tieni darba.

Din l-inizjattiva kienet maħduma mill-membri tal-Grupp Armar l-1 ta Awwissu, b kooperazzjoni sħiħa tal-Kappillan ta' Birżebbuġa, l-Kanonku Anton Galea Scannura. Magħhom ingħaqad il-Planning and Media Team ta' 'Milied fil-Pjazza'

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook