Raġel bi' ġrieħi gravi wara ħabta bil-vann

Raġel ta’ 29 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li nqabad fil-kabina tal-vann kawża ta' ħabta li seħħet bejn il-vann u struttura tal-ħadid.

Raġel ta’ 29 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li nqabad fil-kabina tal-vann kawża ta' ħabta li seħħet bejn il-vann u struttura tal-ħadid.

It-Tnejn filgħaxija għall-ħabta tal-għaxra u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident fit-tarzna f’Bormla. Minn investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li vann li kien misjuq minn Taljan ta’ 38 sena residenti Bormla ħabat ma’ struttura tal-ħadid b’konsegwenza li passiġġier, barrani ta’ 29 sena ġarrab xi ġrieħi u nqabad fil-kabina tal-vann.

Minnufih huwa ngħata l-għajnuna minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku. Ftit tal-ħin wara huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Qrati u Pulizija